Il-Partit Nazzjonalista ma ħalliex crew ta’ ONE NEWS jiffilmja l-kandidati tal-istess partit li għamlu intervent taħt it-tinda f’Santa Venera. Fost dawk il-kandidati li ta’ madwar il-Kap ma riduhomx ffilmjati kien hemm il-Viċi-Kap Mario de Marco u d-deputat Claudio Grech.
Dan seħħ minkejja li l-ġurnalisti ssejħu fil-ħin li bdiet il-laqgħa u l-attitudni tal-uffiċċju tal-komunikazzjoni tal-Partit Nazzjonalista tmur lil hinn minn dik li hi l-prassi f’attivitajiet bħal dawn. Meta lmentajna insistew jgħidu “Tiffilmjax lill-kandidati.” Il-Partit Nazzjonalista ħalla uffiċjal mal-camera persona ta’ ONE NEWS biex jassigura li ma jħallihx jiffilmja lil Mario De Marco, Claudio Grech u oħrajn.