Il-Partit Nazzjonalista jaf li ma jemmnu ħadd meta jgħid li dan gvern xħiħ ma’ min hu fil-bżonn.
Dan intqal mill-Partit Laburista fi stqarrija, fejn intqal jekk hemm gvern li qatt ma xaħħaħ ma’ min hu fil-bżonn, b’għajnuniet u inizjattivi ma jaqtgħu xejn, hu l-gvern preżenti.
Il-Partit Laburista qal li għajnuniet li żdiedu bil-kbir u laħqu livelli rekord meta feġġet il-pandemija u ssoktaw quddiem l-isfidi li ġab miegħu t-taqlib internazzjonali bħalissa.
F’din l-istqarrija, il-Partit Laburista nnota li tassew l-oppożizzjoni baqgħet l-istess, hekk kif hija bla argumenti u bla alternattivi x’tipproponi.
Il-Partit Laburista temm jgħid li l-Partit Nazzjonalista tara ma’ xiex se taqbad biex tipprova tgħatti l-baħħ tagħha u l-problema li għandha hi li dak tgħid lanqas hi stess ma tista’ temmnu.