“Il-problema ewlenija fil-Partit Nazzjonalista hi li jonqos milli jeċita, jispira u jassigura lin-nies li xi darba kapaċi joffri ħajja aħjar u aktar serena”.
Din kienet il-fehma tal-editorjal tal-gazzetta MaltaToday fl-aħħar ħarġa tagħha tal-Ħadd, fejn indikat li l-konflitti u l-qasmiet interni, li jitfaċċaw minn żmien għall-ieħor, għadhom il-kawża ewlenija li l-Partit Nazzjonalista baqa’ qatt ma ħa r-ruħ wara r-raba’ kap fl-aħħar 12-il sena.
Il-gazzetta indipendenti tisħaq li tali sitwazzjoni qed twassal ukoll biex id-deputati fl-Oppożizzjoni jħossu li jistgħu jagħmlu u jiddettaw l-aġenda tal-Partit b’dikjarazzjonijiet pubbliċi, inkluż fil-midja soċjali, fejn jindikaw li l-vapur qed jitmexxa minn iżjed minn kaptan wieħed.
Tali ċirkostanzi wasslu għall-attakki insensati fil-pubbliku bejn il-fazzjonijiet li jeżistu, partikolarment dik tal-estremisti tal-establishment, li llum jiddominaw lill-Partit Nazzjonalista u tmexxi lill-Kap Bernard Grech minn imnieħru, u dik tal-eks Kap Adrian Delia.
Il-MaltaToday tissokta fl-editorjal li l-messaġġ li qed jintbagħat lill-elettorat hu li l-PN ma jistax jiġi fdat biex jiggverna lilu nnifsu, aħseb u ara l-pajjiż. U, biex tkompli tgħaxxaq u tagħmel l-affarijiet agħar, il-fiduċja f’Bernard Grech kompliet tinxtorob.
The message conveyed to an observing electorate is that the PN cannot be trusted to govern itself let alone the country. To make matters worse, Grech’s trust rating has continued to diminish.
Dan, skont il-gazzetta, juri biss li l-Partit fl-Oppożizzjoni lanqas għandu skop ċar u lanqas storja li tikkonvinċi lin-nies li jistgħu jkunu aħjar bih fil-Gvern. Anke t-tmexxija tiegħu ma taspirax tama.
Today, the PN lacks a clear purpose. It has no story that convinces people they will be better off if it were in government. And it lacks leadership that can inspire hope.
F’rapport fuq l-ewwel faċċata tagħha, il-gazzetta wkoll tikkwota żewġ deputati tal-Oppożizzjoni, li xtaqu jibqgħu anonimi għal raġunijiet ovvji, u anke sorsi oħrajn minn ħdan il-Partit Nazzjonalista li wkoll indikaw is-sensazzjoni ta’ qtigħ il-qalb li jeżisti attwalment.
Is-sorsi tal-gazzetta enfasizzaw li n-nuqqas ta’ strateġija biex jitwassal il-messaġġ u l-qasma interna wkoll kienu problemi serji li qed jankraw lill-Partit Nazzjonalista fejn hu.
A problem, they added, was the lack of strategy to get the party message out to the masses and preventing the PN from setting the national agenda. But the MP also flagged the perception of division within the party as a result of recent events.
Dan is-sentiment kien aktar imsaħħaħ, tenniet il-gazzetta, mill-fatt tal-attakki minn ħaten Beppe Fenech Adami, Kevin Cassar, fuq id-Deputat u Kelliem għal Għawdex, Alex Borg, li l-Ħadd stess reġa’ żied id-doża tiegħu wara li għajru “Żiemel ta’ Trojja”.
F’dan ir-rigward, is-sorsi enfasizzaw ukoll li Bernard Grech baqa’ qatt ma sab irkaptu tas-sitwazzjoni kemm ilu jmexxi fl-aħħar ħames snin, waqt li l-Partit baqa’ jitlef il-kredibbiltà b’riżultat tal-assoċjazzjoni intrinsika tiegħu mal-għaqda estremista Repubblika u l-eks Deputat Jason Azzopardi, li biex tgħaxxaq baqa’ jingħata l-ispazju kollu fuq il-midja Nazzjonalista, partikolarment NET TV.
Dan kollu kien ukoll rifless f’editorjal ieħor tal-Ħadd, ironikament fuq il-gazzetta uffiċjali Nazzjonalista, Il-Mument, fejn l-Editur Joe Mikallef ħeġġeġ għall-appoġġ intern lit-tmexxija ta’ Bernard Grech.
Fil-fehma, intitolata “Inpoġġu idejna fuq il-moħriet u naraw li ma naqbdux saqajna fih”, Mikallef jikteb li jeħtieġ ikun hemm sostenn u mhux tfixkil għall-Kap u t-tmexxija tiegħu.
“Sempliċiment wieħed għandu jpoġġi idejh fuq il-moħriet … u jterraq ’il quddiem. Iterraq ’il quddiem filwaqt li joqgħod attent milli jista’ jaqbad riġlejh taħt ix-xfafar tal-istess moħriet. Xi drabi xfafar li ma jkunux mistennija.”
Fl-istess ħin li, indirettament, jikkonferma s-sitwazzjoni ddisprata li jinsab fiha l-Partit, bl-oppożizzjoni mill-fazzjonijiet u anke l-qtigħ il-qalb fost in-Nazzjonalisti, l-editorjal itenni li …
“Irridu niġbdu ħabel wieħed u fl-istess direzzjoni. Irridu nagħtu sostenn lit-tmexxija tal-Partit fdata f’idejn Bernard Grech. Kull imbottatura hi mhux biss neċessarja u meħtieġa, iżda bil-ftit mingħand kull min hu ġenwin … iva l-Partit jista’ jasal.”