Id-deputat nazzjonalista Robert Cutajar fetaħ attakk fuq l-uffiċjali tal-komunità u qal li bħalissa dawn l-uffiċjali mhux jagħtu kontribut waqt l-imxija tal-Coronavirus.
Cutajar staqsa: “Għaliex il-Gvern mhux jagħmel użu mill-wardens?”
Iżda ONE News ġibidlu l-attenzjoni li l-uffiċjali tal-komunità fil-fatt qed iqassmu l-mediċina lil dawk l-aktar vulnerabbli.
Meta mistoqsi: Jiġifieri int ma tafx li hemm il-wardens iqassmu l-mediċina f’dan l-istat?” Cutajar wieġeb: “Dak li qiegħda tgħid int in-nies mhux qed jarawh.”
It-tweġiba ta’ Cutajar tikkuntrasta ma’ dawn ir-ritratti li jixhdu bil-fatti x-xogħol siewi li qegħdin jagħmlu l-uffiċjali tal-komunità, li flimkien mal-ispiżerija tal-għażla tiegħek qegħdin iqassmu l-mediċina lill-anzjani li ma jistgħux joħorġu.
Iżda d-deputat Nazzjonalista kompla jħambaq u jagħmel dikjarazzjoni oħra surreali.
Huwa sostna: “Inħalli lin-nies jiġġudikaw dak li għidt int u dak li għidt jien.”