Dak li qal Mark Anthony Sammut kelliem Nazzjonalista għall-Enerġija, juri li l-Partit Nazzjonalista mhux biss ma ħejjiex il-pre-budget document, iżda lanqas biss qara d-dokument tal-budget li ressaq il-gvern bi pjan ċar għas-sena d-dieħla inkluż fuq is-settur tal-enerġija.
Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista b’reazzjoni għall-istqarrija li ħareġ il-Partit Nazzjonalista permezz tad-deputati Mark Anthony Sammut u Claudette Buttigieg.
Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li l-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech għadu qed ifittex il-viżjoni li tant għajjat biha u spiċċa ippreżenta biss erba’ slides bl-uniku proposta tiegħu tibqa dik li jilliberalizza s-suq tad-distribuzzjoni, bil-konsegwenza li l-poplu jħallas kontijiet ogħla.
L-istqarrija temmet tgħid li għandna Partit Nazzjonalista għajjien li flok joħroġ bi proposti ma baqgħalux triq oħra hlief li jgħawweġ il-fatti.