Il-Partit Nazzjonalista issa qed jgħid li wieħed m’għandux jippretendi drittijiet li n-natura tkun qaltlu le.
Dan b’rabta mad-dibattitu dwar l-IVF fejn lill-koppji infertili l-eks Kap tal-PN u deputat Simon Busuttil qalilhom biex ma jippretendux xi dritt mill-membri parlamentari ladarba n-natura qaltilhom li ma jistax ikollhom ulied.
Busuttil qal dan fi tmiem diskors fejn attakka l-emendi fil-liġi tal-IVF u filwaqt li kemm–il darba qal li ħadem għad-drittijiet ċivili, anke jekk saħansitra astjena dwarhom fil-parlament, kull darba segwa billi ta raġuni għaliex ma jridx li jkun estiż is-servizz tal-IVF.