Il-Partit Nazzjonalista l-aħħar li jista’ jitkellem dwar il-kundizzjonijiet tal-pulizija. Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista.
Spjega kif saħansitra, għax ma jistħix, semma l-over time tal-pulizija meta kien gvern nazzjonalista li ma ħallasx lill-pulizija għall-over time li ħadmu u tħallas minn dan il-gvern.
Il-PL qal kif illum il-Korp tal-Pulizija qed jipprovdi opportunitajiet ġodda lil dawk li jissieħbu fih u servizz aħjar liċ-ċittadini.
Tenna kif Gvern Laburista ta ftehim kollettiv ġdid lill-pulizija u llum l-overtime u l-extra duty li jgħamlu jitħallsu għalih b’rati aħjar. Il-PL qal li l-istqarrija ta’ Fenech Adami hija stqarrija ta’ partit politikament opportunist li ma waqafx jattakka lill-membri diversi tal-forzi tal-ordni.
Temm jgħid kif fuq kollox hi stqarrija ta’ kelliem mhux kredibbli u dan l-ħaddiema tal-istess forzi tal-ordni jafuh.