Wara diversi talbiet sabiex titwaqqaf inkjesta pubbliku dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, il-grupp Parlamentari Nazzjonalista ħareġ joġġezjona għal ħatra tal-Professur Ian Refalo u Dr Anthony Abela Medici fl-inkjesta pubblika.
Fi stqarrija l-grupp parlamentari Nazzjonalista oġġezzjona għal dawn il-ħatriet, minkejja li fl-stess nifs qal li dawn il-persuni huma integri u professjonali.
Il-Professur Ian Refalo, huwa espert kostituzzjonali u magħruf għall-esperjenza twil tiegħu fil-qasam legali, tant li għal snin twal okkupa l-kariga prestiġġjuza ta’ Dekan tal-fakulta tal-liġi.
Filwaqt li Dottor Anthony Abela Medici għandu esperjenza twila fil-forensika u kien appuntat mill-qrati maltin bħala espert forensiku f’diversi oqsma. Huwa serva ukoll f’kumitat ewropej fil-qasam.
Dan l-attakk fuq il-Professur Refalo u Dottor Abela Mediċi, wasal ftit jiem wara li d-deputat nazzjonalista Jason Azzopardi u l-ewroparlamentari David Casa.
It-tnejn mill-fazzjoni Busuttil, ħarġu qatta’ bla ħabel kontra dawn il-ħatriet. B’Adrian Delia kellu jċedi għall-pressjoni tal-fazzjoni Busuttil, li kienet diġà ddikjarat l-pożizzjoni tagħha qabel ma saret id-diskussjoni interna fil-grupp parlamentari.