Dan hu kliem Cyrus Engerer, li żied jgħid “meta ma vvutajtx favur, jekk niftakar sew, l-uniku wiehed f’isem il-PN, kont qlajt ċamata mill-partit.”
Mingħajr tlaqliq fil-kliem, kompla kiteb “illum, għax hemm il-Labour fil-Gvern, il-Partit Nazzjonalista hu kontra l-iżvillup. Mhux għax jinteressaħ mill-ambjent (fil-Gvern għamel sfreġju ambjentali wara ieħor).”
Il-ġimgħa li għaddiet, l-Awtorità għall-Ippjanar approvat żvilupp ta’ torri għoli 38 sular f’tas-Sliema. It-torri se jinbena fi żmien erba’ snin, bl-involviment ta’ esperti internazzjonali. Il-proġett li se jsir b’ investiment ta’ madwar €120 miljun u t-torri se jkun imdawwar bi spazju miftuħ u żona kummerċjali ta’ ditti esklussivi.
Infakkru li peremzz tal-poll fil-qiegħ tal-paġna prinċipali ta’ dan is-sit, tistgħu tesprimu ruħkom dwar dan it-tip ta’ bini.