Il-Partit Nazzjonalista għażel li jevita u jwarrab għal kollox l-eżitu tal-inkjesti li diġà saru dwar l-imwiet tar-residenti fil-faċilità korrettiva ta’ Kordin is-sena li għaddiet.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet immirata biss biex il-Partit Nazzjonalista jitlob ir-riżenja tat-tmexxija tal-ħabs li fl-aħħar snin irnexxielha telimina d-droga kompletament mill-ħabs, il-kelliem ta’ Bernard Grech, Peter Agius irrifjuta li jirrikonoxxi l-eżitu tal-inkjesti li diġà saru.
Dan hekk kif l-inkjesti li saru fuq erba’ mwiet fil-ħabs is-sena l-oħra qatt ma semmew xi nuqqasijiet fit-tmexxija tal-ħabs.
Madankollu, għal Partit Nazzjonalista t-tmexxija tal-ħabs xorta għandha t-tort.
Meta mistoqsija jekk l-inkjesti jgħoddux biss għall-Partit Nazzjonalista meta jogħġbu lilhom huwa stqarr li issa l-inkjesti m’għadux posthom.
Qal, Ġurnalist: “L-inkjesti tisimgħu minnhom biss meta jaqbel lilkom allura? Is-sena l-oħra saru erba’ u l-ebda u l-ebda waħda ma semmiet nuqqasijet fit-tmexxija tal-ħabs.
Peter Agius: “Hemm ħames inkjesti pendenti u naħseb issa morna lil hinn mill-inkjesti.”
Fil-konferenza tal-aħbarijiet Peter Agius flimkien ma’ żewġ kandidati Nazzjonalisti oħra rħewlha jsemmu kif il-priġunieri mhux ikunu trattati b’mod uman mill-gwardjani.
Dwar dan ONE News ukoll staqsa jekk skont il-Partit Nazzjonalista il-gwardjani hux liberi li jżommu priġunier milli jsawwathom.
Iżda dwar dan Peter Agius qal biss li fil-protokolli li jintużaw huma ma jidħlux.