Barra l-Parlament, id-Deputati Nazzjonalisti qablu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech li l-Ħadd li għadda qal li l-Budget kien wieħed tal-“arja sħuna li titla’ ’l fuq”.
Fost l-oħrajn kien hemm wħud li għażlu li joħorġu bl-aġġettivi tagħhom, bħall-Budget tal-gimmicks, filwaqt li oħrajn qablu kompletament mal-Kap.
Oħrajn kellhom bżonn infakkruhom ftit x’qal eżatt il-Kap tagħhom.
Kristy Debono ma kinitx taf li Bernard Grech fid-diskors tiegħu qabbel il-Budget ma’ arja sħuna li titla’ ’l fuq.
Iżda hekk kif fakkarniha, aċċertatna li taqbel miegħu kompletament.
Fin-Naxxar Bernard Grech qal li l-Budget u l-Gvern Laburista huwa wieħed tal-arja.
Arja li skontu hija sħuna u għalhekk titla’ ’l fuq.
Wara din id-dikjarazzjoni, barra l-Parlament, Bernard Grech kompla fejn ħalla l-Ħadd filgħodu.