Fil-Kunsill Ġenerali tal-Ħadd il-Partit Nazzjonalista sab kelliem biex jattakka l-inizjattiva ‘Stabbiltà.’
L-inizjattiva li permezz tagħha ġiet irreġistrata l-inqas rata ta’ inflazzjoni mill-bidu tal-isfidi internazzjonali bla preċedent, bil-pandemija globali u l-gwerra fl-Ukrajna.
Il-Partit Nazzjonalista għamel dan permezz ta’ Lino Briguglio, li sostna li din hija miżura perikoluża.
Qal, “Din hija miżura perikoluża ħafna.”
Dikjarazzjoni li saħansitra sabet ukoll l-appoġġ tal-Kap Nazzjonalista Bernard Grech.
Qal, “Illum kellna anka l-konferma mill-Professur Briguglio.”
Dan apparti li fid-diskors tiegħu Briguglio għamel dikjarazzjonijiet partiġġjani minkejja li fil-bidu tad-diskors tiegħu għamel appell biex kliemu ma jkunx interpretat b’mod partiġġjan.
Qal, “Il-Ministru se jkun qed jieħu l-krettu li naqsu l-prezzijiet.”
Mhux talli hekk, talli baqa’ jsostni l-ewwel dikjarazzjoni li għamel b’konvinzjoni.
Qal, “Kif diġà għidt u ħa nerġa’ nirrepeti, din il-miżura hija perikoluża ħafna.”
Dan minkejja li l-Eurostat għax-xahar ta’ Marzu nnota kif pajjiżna għandu l-inqas rata ta’ inflazzjoni mill-bidu tal-isfidi internazzjonali bla preċedent.
Dan filwaqt li, meta titqabbel ir-rata ta’ inflazzjoni x-xahar li għadda ma’ Marzu tas-sena l-oħra, din niżlet b’erbgħa punt erbgħa fil-mija.
Din ma kienx l-unika attakk tal-Partit Nazzjonalista waqt il-Kunsill Ġenerali tiegħu lejn il-ħidma tal-Gvern immexxi lejn il-Prim Ministru Robert Abela.
Fost affarijiet oħrajn attakka l-ħidma tal-Gvern li permezz tagħha kompla jżid il-pensjonijiet.
Qal, “Kull ma jinteressah huwa li jgħid li fi żmien Gvern Nazzjonalista ffriżajna l-pensjonijiet meta jaf li mhuwiex minnu.”
U bħal meta semma l-Papa lejliet elezzjoni ġenerali biex jiġi jfejjaq pajjiżna, reġa’ għadda messaġġ f’din il-linja ta’ ħsieb.
Qal, “Kun int li tibda’ tfejjaq lil pajjiżna.”
Fil-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista tkellem ukoll is-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino fejn qal hekk.
Qal, “Aħna bħala partit irridu naturalment nagħmlu dak li nipprattikaw.”
Madankollu minkejja l-korrettezza kollha li jippriedka l-Partit Nazzjonalista huwa baqa’ l-uniku Partit f’pajjiżna li ma ssottomettiex il-rapporti finanzjarji tiegħu awditjati u r-rapporti tad-donazzjonijiet għal tliet snin sħaħ.
Dan bi ksur tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti.
Intant Bernard Grech temm id-diskors tiegħu hekk.
Qal, “Futur aħjar jibda fit-tmienja ta’ Ġunju li ġej.”
L-istess sentiment li ddomina ftit tal-jiem ilu fid-diskors tad-Deputat Justin Schembri fejn sostna li t-tmienja ta’ Ġunju huwa l-ewwel sinjal biex f’Kastilja jkun hemm Prim Ministru Nazzjonalista.
Qal, “Pajjiżna fi żmien sentejn ikollu gvern nazzjonalista mill-ġdid.”