Il-PN irid jitfa’ l-ħabs lill-ħaddiema tal-PBS. Dan wara li fetaħ kawża jakkuża b’disprezz għax ixxandar materjal tal-Budget 2025.
B’rabta ma’ din l-azzjoni li għamel il-PN permezz tas-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino u l-eks Segretarju Ġenerali Nazzjonalista Pawlu Borg Olivier, il-Ministru Owen Bonnici, li politikament huwa responsabbli għall-PBS, fisser l-aġir tal-PN bħala diżgustanti.
Qal li l-PN li jrid jitfa’ l-ħaddiema tal-PBS il-ħabs wara li Bernard Grech bagħat lin-nies tiegħu l-Qorti biex jordna ħalli l-ħaddiema tal-PBS jaffaċċjaw proċeduri kriminali għax qed jixxandar materjal dwar il-Budget 2025.
Il-Ministru Bonnici qal li l-istess materjal li l-PN qed jilmenta dwaru, xandru fuq l-istazzjon tiegħu stess.
Il-Ministru Bonnici sostna, “Li Bernard Grech għandu problema li inti bħala ċittadin tkun taf kif se jolqtok il-Budget tinkwetani. Imma li jasal f’dan l-istat li jipprova mhux biss jagħmel sarima ma’ ħalq il-Gvern biex jitwassal l-messaġġ tal-Budget iżda anki juża tattiċi bħal dawn, huwa ta’ għajb kbir u att tal-mistħija.”