24 siegħa wara li l-eks Ministru Nazzjonalista, Chris Said qal li irid iżarma l-Ministeru għal Għawdex u minflokk jitmexxa minn Kunsill Reġjonali, il-Partit Nazzjonalista ħareġ stqarrija jappoġġjah.
Stqarrija, li lanqas biss kienet iffirmata mill-kelliem Nazzjonalista għal Għawdex, Alex Borg.
Innota dan il-Partit Laburista, li fi stqarrija fakkar kif Chirs Said xejn ma kien impressjonat bl-għażla ta’ Alex Borg bħala kelliem Nazzjonalista għal Għawdex.
Fl-istess stqarrija, il-Partit Laburista staqsa jekk Said hux qed jaħseb għal rasu, sabiex jekk xi darba l-PN ikun fil-Gvern, jipponta sabiex imexxi dan il-Kunsill Reġjonali.
Hawn, il-Partit Laburista qal li l-Għawdxin jistħoqqilhom ferm aħjar u m’għandhomx jiżżeffnu fi ġlieda bejn esponenti Nazzjonalisti Għawdxin.