Il-Partit Laburista fi stqarrija qal kif il-Partit Nazzjonalista reġa’ wera kif meta jara lil xi ħadd imaqdar lil Malta, jogħxa jrewwaħ u jkeskes lin-nies, iżda meta jitfaħħar pajjiżna, dan donnu jaqa’ fil-muta.
Wara l-kumment umoristiku li qal id-direttur Ridley Scott, il-Partit Nazzjonalista prova jimmanipula d-diskors u jdawru kontra Malta.
L-istqarrija nnotat kif il-Partit Nazjonalista kompla jattakka lill-Gvern, u lill-Kummissjoni tal-Films, aġir li juri biss is-sens ta’ inferjorità u immaturità li bihom il-Kap tal-Oppożizzjoni, iħares lejn pajjiżna.
Intqal kif din il-mentalità hija l-istess waħda li, kull meta l-PN ġie fdat bit-tmexxija ta’ pajjiżna, ġab lil Malta f’awsterità u riċessjoni.
Finalment, l-istqarrija qalet kif il-Gvern Laburista kompla jinvesti biex isaħħaħ il-pożizzjoni ta’ pajjiżna fid-dinja tal-films, industrija li tiġġenera miljuni ta’ ewro fl-ekonomija u opportunitajiet ta’ xogħol għall-Maltin u l-Għawdxin.