Il-Partit Nazzjonalista jobgħod il-ġenerożità tal-Gvern b’rabta maż-żieda fil-pensjonijet li jimplimenta kull sena fil-Budget.
Dan ħareġ biċ-ċar waqt dibattitu politiku dwar il-Budget fuq il-programm Taf x’Qed Jgħidu, imxandar fuq ONE it-Tlieta filgħaxija.
Qal, “Ħafna drabi l-pensjonanti tagħna nittrattawhom illi qishom kull Budget intuwhom xi ħaġa, qisha ġejja mill-ġenerożità ta’ kull Gvern. Għax jiena nobgħod qishom jiddependu fuq il-ġenerożità tal-Gvern.”
B’reazzjoni għal dan, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, li kien qed jiddibatti ma’ Mario de Marco saħaq kif f’ħamsa u għoxrin sena, Gvern Nazzjonalista ffriża l-pensjonijiet iżda d-Deputat Nazzjonalista ċaħad dan.
Huwa baqa’ jsostni li Gvern Nazzjonalista, kien iżid il-pensjonijiet.
Intant Mario de Marco kompla fejn ħalla l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech fir-reazzjoni tiegħu għal Budget 2022.