Il-Partit Nazzjonalista kompla jmaqdar l-inizjattiva Stabbiltà.
Dan hekk kif f’konferenza tal-aħbarijiet, ONE News staqsa lid-deputat Nazzjonalista Julie Zahra jekk taqbilx mal-Kap Nazzjonalista Bernard Grech meta qal li din l-inizjattiva hi tfarfir taż-żebgħa.
F’dan ix-xahar, ix-xahar li daħlet fis-seħħ din l-inizjattiva li qed iżżomm stabbli l-prezzijiet ta’ 400 prodott essenzjali, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech tenna li l-Gvern b’din l-inizjattiva qed ifarfar iż-żebgħa u l-umdità, għal darba, darbtejn.
Dan intqal mill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech, sa nhar il-Ħadd stess.
Apparti t-tmaqdir dwar din l-inizjattiva, kemm mill-Kap Nazzjonalista u d-deputat tiegħu, Julie Zahra, kien hemm ukoll ħaten Beppe Fenech Adami, Kevin Cassar. Cassar li kien ikkontesta elezzjoni ġenerali mal-Partit Nazzjonalista, qal li l-ikel bi prezz stabbli parti mill-inizjattiva ta’ ‘Stabbiltà fil-prezzijiet’ iqabbdek l-iskorbut, marda tas-seklu 18.
Cassar kritika l-inizjattiva ta’ Stabbiltà u qal li jekk tiekol biss l-ikel ta’ stabbiltà, u skontu din hi l-lista tal-Labour, tqabbdek din il-marda ġejja minn żmien il-Kavallieri u l-kursara, li kienet taqbad lil baħħara fuq vjaġġi fit-tul.
L-iskorbut hija llum marda rari f’pajjiżi żviluppati u taqbad għax ikollok nuqqas ta’ vitamina Ċ.