Għal ġurnata oħra il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech għadu jiddefendi lill-Membru Parlamentari Joe Ellis.
Dan quddiem id-dellijiet kbar li għandu wara li hu ammetta li kellu interess fi proġett li għamel pressjoni dwaru fil-Parlament.
Huwa kien skomdu wkoll iwieġeb meta mistoqsi dwar it-taxxa b’mod speċjali dik tal-kumpanija tiegħu.
Iżda quddiem li Bernard Grech ċeda għal Ellis, Avukat tal-għaqda Repubblika, kelliema u Deputati tal-Partit Nazzjonalista qed joħorġu ta’ kuljum jippruvaw jbenġlu d-dellijiet ta’ Ellis.
Dan bl-iktar mod assurd hekk kif spiċċaw jiċħdu dak li Ellis stess diġà ammetta.
Lill-Partit Nazzjonalista fakkarnih li kien propju Ellis stess, li barra u fil-Parlament ammetta iżda l-kelliem tal-partit injora l-fatti.
Fil-Parlament, Ellis ikkonferma li l-kumpanija tiegħu gawdiet iżda qal li ma kienx jaf.
L-istess għamel barra meta staqsejnih.
ONE News żvela wkoll kif Joe Ellis kien skomdu wkoll iwieġeb dwar it-taxxa tiegħu.
Affaċjati b’dan il-fatt, il-kelliema fil-konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista lebbtu ’l barra.