Il-Partit Nazzjonalista permezz tal-Kap tiegħu Bernard Grech kompla jgħaddi messaġġ partiġjan wara li l-FATF poġġiet lil Malta fi proċedura ta’ iktar moniteraġġ fil-qasam finanzjarju.
Dan kompla l-Ħadd waqt intervent telefoniku fuq l-istazzjon tar-radju tal-Partit Nazzjonalista.
Qal, “U dan tort kollu tal-Gvern Laburista, inkluż tal-Gvern ta’ Robert Abela.”
Dan il-messaġġ partiġjan minn Bernard Grech imur kontra l-appell ta’ dawk involuti fil-qasam finanzjarju u l-imsieħba soċjali, li wara l-eżitu tal-FATF qed jitolbu li nkunu lkoll ponn wieħed.
Minkejja dan l-appell, Bernard Grech kompla jgħaddi messaġġ ta’ biża’.
Qal, “There is no quick fix to this.”
F’din l-intervista wkoll Bernard Grech, li qabel l-eżitu tal-FATF, bagħat ittra li fiha indika li Malta għandha titpoġġa fuq il-lista l-griża, saħaq li l-Partit Nazzjonalista għandu jkun fil-Gvern.
Qal, “Il-Partit Nazzjonalista qiegħed hemm u qiegħed ilesti ħalli jkun il-Gvern li jmiss.”