Fi stqarrija, il-Partit Laburista nnota l-aħbar li l-Ispeaker Anglu Farrugia rrifjuta l-allegazzjoni tad-deputat Nazzjonalista Adrian Delia dwar min kixef id-dokument ta’ qabel il-baġit tal-Partit Nazzjonalista.
Bernard Grech kien ilu xhur jipprova jaħdem fuq dan id-dokument, iżda meta d-deputati u l-esperti tiegħu stess qalulu li l-proposti ma kienx fihom beef, iddeċieda li ma joħroġ xejn.
Kellu jkun il-Partit Laburista li jiżvela dan id-dokument u juri lill-poplu f’liema stat jinsab il-Partit Nazzjonalista. Li minkejja li għandu l-ħin kollu fuq idejh fl-Oppożizzjoni, lanqas huwa kapaċi li jlesti d-dokument ta’ qabel il-baġit.
L-Erbgħa li għadda, l-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia talab lill-Ispeaker jinvestiga ksur ta’ privileġġ għaliex implika li, fir-replika tal-Budget, il-Prim Ministru kien waħħal fih għal-leak li sar.
Iżda wara li rat it-traskrizzjoni tad-diskors kollu tal-Prim Ministru, is-Sedja sabet li l-Prim Ministru mkien m’għamel referenza diretta għal Adrian Delia dwar xi leak tad-dokument ta’ qabel il-Budget.
Fil-fake news u l-invenzjonijiet, lill-Partit Nazzjonalista verament ma jirbaħlu ħadd.
“Wieħed jistenna u jara jekk, wara d-deċiżjoni tas-Sedja, Bernard Grech hux se jaqbad jattakka lill-Ispeaker, kif jagħmel kull darba li istituzzjoni ma ddoqqx id-diska tiegħu”, temm jgħid il-Partit Laburista f’din l-istqarrija.
AQRA WKOLL: