Iffaċċat mit-talba tal-Gvern biex fis-seduta Parlamentari tal-lum jiddiskuti r-rapport tal-Awditur Ġenerali, l-Oppożizzjoni rrifjutat u minflok sejħet konferenza tal-aħbarijiet dwar l-istess suġġett.
Fi stqarrija, l-Partit Laburista qal li jidher bl-aktar mod ċar li għall-Kap tal-Oppożizzjoni, huwa aktar konvenjenti li joqgħod jitkellem waħdu u jkompli jallega bl-addoċċ mingħajr ma jkun jista’ jmerih ħadd.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
“Hekk jagħmel min imexxi politika cheap u bla sustanza. Dak hu l-Partit Nazzjonalista tal-lum maħkum mill-estremisti.,” stqarr il-Partit Laburista.
Kompla jgħid li “L-Gvern differenti. Għax jitkellem dwar il-fatti mar fil-parlament biex jiddibatti b’wiċċu minn quddiem.”
Aqra aktar: