Fuq il-Facebook, l-Eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia ħareġ jgħid li f’San Vinċenz de Paul hemm it-thickener powder out of stock, allegazzjoni li ġiet miċħuda mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea.
Adrian Delia qal li l-anzjani ma jistgħux jieklu u jixorbu normali u li dawn jistgħu jixirqu u jifgaw.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Is-Segretarju Parlamentari Agius Galea qal li dak li qal Delia huwa kompletament falz, fejn kull sala għandha thickener disponibbli għar-residenti kollha li jeħtieġuh.
Saħaq li filwaqt li l-Oppożizzjoni tipprova xxerred informazzjoni falza biex iddgħajjef ix-xogħol li qed isir, il-Gvern ffukat li jibqa’ joffri servizz ta’ livell għoli lill-anzjani.