- Il-Partit Nazzjonalista qed jinqabad fil-gideb tiegħu stess
Fil-paniku li għandu bħalissa l-Partit Nazzjonalista qed ikompli jinqabad fil-gideb tiegħu stess, tant li spiċċa minn ġot-taġen għal ġon-nar, għax issa sar magħruf li jeżistu djun oħra ma’ Zaren Vassallo li jkomplu jqajjmu aktar dubji u suspetti.
Il-Partit Nazzjonalista qed jinqabad fil-gideb tiegħu stess meta:
- Is-Sibt li għadda saret sfida mill-Ministru Bonnici biex Simon Busuttil jippublika prova li l-għotja ta’ Zaren kienet imħallsa u biex jitneħħew dubbju ta’ rabtiet li hemm mal-iskandlu tal-Lowenbrau;
- Ilbieraħ, il-Ħadd, fil-Malta Independent sorsi tal-PN jgħidu li tħallsu lura €100,000 biss u ftit sigħat wara sors ieħor jgħid li f’Awwissu tħallset l-għotja kollha;
- Illum, fl-Orizzont ippublikata tweġiba ta’ Ann Fenech tal-10 ta’ Jannar li għadda fejn tgħid li l-għotja għadha mhux imħallsa;
- Illum, il-Partit Nazzjonalista sejjaħ għal sezzjoni tal-media u jgħid li hemm djun oħra ma’ Żaren Vassallo
Liem verżjoni hija t-tajba u kemm ħafer djun lill-Partit Nazzjonalista Żaren Vassallo? – staqsa l-Partit Laburista.
Huwa ċar li l-Partit Nazzjonalista tant jinsab f’paniku, li Ann Fenech qed tgħid mod u Rosette Thake qed tgħid ieħor, dan filwaqt l-unika reazzjoni uffiċjali kienet “get a life”. Jagħmel tajjeb li Simon Busuttil iwieġeb għall-mistoqsijiet kbar li qed iqumu.