Il-Partit Nazzjonalista qed jitlob lill-Qorti biex tiddeċiedi dwar jekk dawk li kisbu ċittadinanza b’investiment għandhomx dritt tal-vot. Dan minkejja li kemm il-Kummissjoni Elettorali u anke l-Gvern qablu li dawn għandhom jitneħħew mir-registru elettorali. B’hekk kellhom jinfetħu 91 każ separat quddiem il-qrati.
Dan it-tkaxkir tas-saqajn qed isir biex il-kaz jittawwal għal skopijiet politiċi. Wara li sar magħruf li l-persuni li kisbu ċ-ċittadinanża Maltija permezz tal-programm ta’ Ċittadinanza b’ Investiment daħlu fir-Registru Elettorali, mingħajr ma kienu intitolati għal dan, il-Kummissjoni Elettorali immedjatament iddeċidiet li dawn l-ismijiet għandhom jitneħħew minn fuq ir-Reġistru Elettorali.
Fil-fatt f’każ li nstema’ illum, il-persuna li kistbet iċ-ċittadinanza Maltija b’investiment stess aċċetta li isimu jitneħħa minn fuq ir-reġistru elettorali.
Iżda ma tħalliex jagħmel dan mill-Partit Nazzjonalista, li minflok ried li kull individwu jgħaddi minn proċess legali individwalment.