Il-Partit Nazzjonalista qed jilmenta għaliex waqt il-lejla tal-klassiċi waqt il-kompetizzjoni Mużika Mużika, il-Ġimgħa filgħaxija, tkantat il-kanzunetta ‘Tema 79’ mill-kantanta Mary Spiteri u Cliff Zammit Stevens.
Dan hekk kif dalgħodu, il-midja Nazzjonalista ppubblikat artiklu fejn dawret dan il-festival segwit minn bosta, f’ballun politiku.
L-artiklu tan-NET qal li l-Gvern qed jagħmel dan il-festival bħala propoganda.
Intqal ukoll li din il-kanzunetta mir-rock-opera ‘Ġensna’ tkantat minn Mary Spiteri, bħala promozzjoni għall-attivitajiet tal-Partit Laburista li jfakkar is-46 anniversarju mill-kisba tal-Ħelsien.