Fi stqarrija li ħarġu llum, il-Partit Nazzjonalista qed jikkritika lil membri tal-Gvern għax laqgħu talba tal-kelliema Nazzjonalista għas-Saħħa, Claudette Buttigieg.
Fil-fatt it-talba li saret minn Buttigieg biex il-kuntratti ta’ Vitals Global Healthcare, jiġu diskussi mill-Kumitat Parlamentari għas-Saħħa ġiet milqugħa mill-ewwel, miċ-chairman tal-istess kumitat, id-Deputat Laburista Etienne Grech.
Il-Partit Laburista spjega li esponenti oħra fil-PN ma ħadu xejn gost bit-talba ta’ Claudette Buttigieg, tant li qegħdin jikkritikaw din id-deċiżjoni għax issa jridu li jkun il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi li jiddiskuti dawn il-kuntratti.Jidher ċar li dan hu każ fejn l-id il-leminija ma tafx x’qed tagħmel l-id ix-xellugija.
Il-Partit Laburista qal li l-verità hi li l-PN tant dera jikkritika kollox, li issa lanqas sar jinduna meta jkun qed jikkritika l-esponenti tiegħu stess.