Wara kważi 24 siegħa l-Partit Nazzjonalista ħareġ stqarrija biex qal li l-grupp DB qed jigdeb meta jgħid li ħallaslu l-pagi.
Iżda, erbgħa sigħat wara li Simon Busuttil evita l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, fi stqarrija kkonferma li s-sena li għaddiet mingħand Silvio Debono u kumpaniji tiegħu ħadu €75,000. Il-Partit Nazzjonalista prova jiġġustifika d-difiża tiegħu billi qal li €70,800 minn dawn il-fluis għaddew lilll-kumpanija Media.link Communications.
Il-kumpanija tal-Partit Nazzjonalista. Imbagħad qalu li Brian St John, Chief Corporate and Business Strategy, jitħallas is-salarju tiegħu mill-kumpanija Media.link Communications.
Qal ukoll li mhux veru li s-Segretarju Ġenerali Rosette Thake titħallas is-salarju tagħha minn dawn il-fluis u qal li hi titħallas mill-Partit Nazzjonalista.