Il-Partit Nazzjonalista kkonferma l-istorja li żvela b’mod esklussiv ONE News dalgħodu fejn ħareġ ’il barra mill-Parlament waqt seduta li kellha tiddiskuti l-mozzjoni mressqa mill-Gvern ta’ solidarjetà mal-Ispeaker u tiddeplora l-aġir tad-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina fil-konfront tal-Ispeaker Anġlu Farrugia.
ONE News żvela informazzjoni minn ġewwa l-Grupp Parlamentari li Bernard Grech spiċċa dgħajjef quddiem il-fatt li kien hemm Deputati Nazzjonalisti li ma kinux lesti jappoġġjaw lil Karol Aquilina fil-vot tal-mozzjoni u allura ħarġu ’l barra.
Dan kien il-kompromess li ntlaħaq biex Karol Aquilina ma jidhirx li kien hemm min ma vvutax favurih u fl-istess waqt il-Grupp Parlamentari jidher ħaġa waħda wara l-Kap de facto tiegħu, Karol Aquilina.
Id-Deputati skomdi kienu jafu li jekk joħorġu fil-beraħ kontra Aquilina, peress li hu l-Kap veru li jagħti l-ordnijiet u Bernard Grech jobdi, Karol Aquilina kien jispiċċa jpattijilhom.
Aqra aktar: