Il-Partit Nazzjonalista tenna l-pożizzjoni ta’ Bernard Grech li ċeda għad-Deputat Nazzjonalista u l-Avukat tal-għaqda Repubblika, Joe Ellis.
Dan deher biċ-ċar waqt konferenza tal-Partit Nazzjonalista l-Erbgħa waranofsinhar li fiha l-partit ta’ Bernard Grech ma ċaħad xejn fuq li qed jingħad dwar Joe Ellis.
Quddiem mistoqsijiet mill-ġurnalist ta’ ONE News, kandidat Nazzjonalista u qalilna li joqgħod fuq li qal Bernard Grech, jiġifieri li l-każ huwa magħluq.
Samuel Lucas – “Il-Partit Nazzjonalista ftit tal-ħin ilu ħareġ stqarrija dwar Joe Ellis madankollu ma ċaħad xejn dwar dak li ntqal u ġie rrappurtat fil-midja. Għalik dan il-każ huwa case closed u inti bħala membru parlamentari u deputat tal-Partit Nazzjonalista aspiranti b’dak li ġie żvelat, għalik kiser il-liġi Joe Ellis jew le?”
Jerome Caruana Cilia – “Nirringrazzjak Samuel tal-mistoqsija tiegħek naħseb li dak li kemm qalu Joe Ellis u l-Partit Nazzjonalista huwa ċar biżżejjed u m’għandi xejn iktar x’inżid ma’ dak.” Qed inwieġbek, qed inwieġbek, ir-risposta li taw il-Partit Nazzjonalista u Joe Ellis hija ċara.”
Anki jekk rapporti fil-gazzetti wrew li fid-Dar Ċentrali hemm dubji dwar l-operat t’Ellis u li dan irrifjuta li jirriżenja, il-kandidat Nazzjonalista baqa’ jikkonferma li l-Kap Bernard Grech ċeda għal Ellis.
Meta ma felaħx iżjed, id-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech, li kien fejn il-kandidat, talab lill-ġurnalista tal-midja Nazzjonalista biex issaqsi, l-istess tattika li ntużat biex jingħata nifs il-Kap Bernard Grech quddiem il-mistoqsijiet ta’ ONE News, it-Tlieta filgħodu b’rabta mal-istess każ.
ONE News baqa’ jistaqsi, bil-Partit Nazzjonalista evidentament juri skumdità liema bħalha.