“Dwar l-ESG hemm differenza bażika bejn iż-żewġ partiti.”
Innota dan il-Partit Laburista, fi stqarrija, fejn intqal li l-Partit Nazzjonalista ried jippenalizza lin-negozju li ma jkunx laħaq il-kriterji tal-ESG.
B’differenza, il-Gvern qed jinċentiva lin-negozju b’għotja ta’ €5,000 biex jippreparaw ruħhom u jiġu konformi mal-kriterji tal-ESG.
Dan apparti diversi inċentivi oħra biex in-negozji ikunu iktar sostenibbli.
Il-Partit Laburista wieġeb għal stqarrija tal-Partit Nazzjonalista, fejn intqal li l-Partit Laburista kien beżża’ bl-ESG.
“Id-differenza hija Partit Nazzjonalista li jikkastiga n-negozji u Gvern Laburista li jinċentiva lin-negozji”, temm jgħid il-Partit Laburista.