F’reazzjoni li fiha daħal il-Kap vera tal-Partit Nazzjonalista Karol Aquilina qabel ma ntqal li l-partit se joħroġ stqarrija uffiċjali, intlaqgħet bil-ferħ is-sentenza fil-konfront ta’ Malta fuq il-programm ta’ ċittadinanza li bih daħħal aktar minn biljun ewro għal pajjiżna fosthom favur investimenti soċjali.

Saħansitra kien hemm ftaħir li bil-pressjoni li saret mill-Partit Nazzjonalista, wasalna dak li seħħ illum.
Dak li laqqam lilu nnifsu bħala d-Deputat tal-Blue Heroes Jason Azzopardi, ħareġ jiġri fuq facebook jikteb u jifraħ li hu, l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, l-Ewro-Parlamentari Nazzjonalista David Casa, id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina u l-għaqda Repubblika, ingħataw raġun.
Jason Azzopardi kkonferma li huwa u l-Partit Nazzjonalista attakkaw il-programm ta’ Malta li bih il-pajjiż idaħħal il-flus biex jinvestihom fin-nies fosthom fi proġetti ta’ housing soċjali, u għajnuniet ma’ min hu marid.
Fil-fatt l-attakki wasslu biex infetħet kawża kontra Malta fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u kien hemm din id-deċiżjoni kontra pajjiżna.

Intant l-Ewro Parlamentari David Casa wkoll kiteb mal-ewwel jiftaħar li kellu raġun u filwaqt li semma nies bħal Jason Azzopardi, Simon Busuttil u Karol Aquilina, huwa żied magħhom lil Roberta Metsola, li ħadmet għad-deċiżjoni tal-lum.
Aqra aktar: