Il-Partit Nazzjonalsita ddiskuta r-regoli għall-elezzjoni tal-Kap tal-Partit f’Kunsill Ġenerali, li kuntrarju għall-kif imdorrijin jagħmlu l-partiti politiċi, sar fil-magħluq.
Fil-fatt, id-diskussjoni li damet għaddeja iktar minn siegħa u nofs, saret mingħajr il-preżenza tal-ġurnalisti li nżammu f’kamra fejn kienu offruti xi jnaqqru u ftit xorb biex ibillu griżmejhom sakemm wasal biex jitkellem il-Kap u ddaħlu jsewgu.
Il-Kunsill Ġenerali, li approva r-regoli għat-tmexxija tal-partit, issejjaħ wara li kien l-eżekuttiv tal-istess partit li approva dawn ir-regoli.
Regoli li minn tagħrif li għandna spjegathom il-President tal-Kunsill Ġenerali Paula Mifsud Bonnici, qabel imbagħad infetħet għad-diskussjoni. Diskussjoni li l-Partit Nazzjonalista beża’ jagħmel fil-miftuħ.
Fost dawk li attendew u intervjenew f’dan il-kunsill ġenerali, kien hemm id-deputat Chris Said u l-avukat Adrian Delia li sa issa huma dawk it-tnejn li ddikjaraw il-kandidatura tagħhom.
Fost dawk li attendew u intervjenew f’dan il-kunsill ġenerali, kien hemm id-deputat Chris Said u l-avukat Adrian Delia li sa issa huma dawk it-tnejn li ddikjaraw il-kandidatura tagħhom.
Il-Kunsill Ġenerali ingħalaq mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, li reġa’ qal li l-Partit Nazzjonalista għamel kampanja elettorali tajba li għandu jkun kburi bija u li fiż-żmien li ġej il-Partit Nazzjonalista għandu jkompli mat-triq li qabad.
Meta tkellem dwar il-Partit Demokratiku, qal li l-Partit Nazzjonalista għandu jaħdem mad-deputati eletti f’isem dan il-partit biex l-oppożizzjoni tkun iktar b’saħħitha u qal li dwar il-kwistjoni ta’ żwieġ bejn persuni gay il-partit nazzjonalista m’għandux jinqasam u l-faxex liberali u konservattivi għandhom jgħixu flimkien għax huma żewġ naħat tal-istess munita.