Il-Partit Nazzjonalista ċċensura lil Adrian Delia.
Delia kien mistieden mis-sit Lovinmalta biex jiġi intervista iżda l-Partit Nazzjonalista rrifjuta dan.
Is-sit Lovinmalta qal li s-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech informa lil din il-midja partikolari li t-talba tagħha ma ġietx milqugħa u ma jridux li Delia jiġi intervistat.
Delia kien spiċċa minn Kap tal-Partit Nazzjonalista wara allegazzjonijiet li saru fil-konfront tiegħu, primarjament minn Jason Azzopardi.
Ilbieraħ, Jason Azzopardi kellu jgħid li huwa ma qalx il-verità u rtira l-allegazzjonijiet li għamel fuq Adrian Delia.