Il-Partit Nazzjonalista baqa’ kontra l-Abbozzi li ressaq il-Gvern għall-protezzjoni tal-ġurnalisti u anki kontra l-Istituzzjoni tal-Ġurnalisti Maltin, l-IĠM, li wara laqgħa mal-Prim Ministru ntlaħaq ftehim ta’ konsultazzjoni ulterjuri u wara jibda l-istadju tat-tieni qari tal-Abbozzi li ressaq il-Gvern.
Il-Ħadd filgħodu, id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg kompliet mal-messaġġ ta’ Bernard Grech li huwa għal kollox kontra anki r-rappreżentanti tal-ġurnalisti stess.
Għall-Oppożizzjoni Nazzjonalisti, l-Abbozzi li ressaq il-Gvern u li fihom hemm sebgħa u tmenin fil-mija tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta’ Esperti fil-Midja, għandhom jiġu rtirati.
Claudette Buttigieg kompliet bil-messaġġ negattiv tal-Oppożizzjoni sejħet dawn l-Abbozzi bħala “fazulli” u “foloz”.
Fid-diskors tagħha, Claudette Buttigieg saħansitra attakkat ukoll lill-Kummissarju tal-Pulizija u anki lill-Avukat Ġenerali.
Imbagħad sellmet lill-eks Ministru Nazzjonalista u Deputat tal-partit minn żmien it-tmeninijiet, Francis Zammit Dimech, għaliex qed jagħti l-pariri lil Bernard Grech fuq dawn l-Abbozzi dwar il-protezzjoni tal-ġurnaliżmu.
Qalet, “Grazzi wkoll lil ħabib kbir, li qiegħed hawnhekk ukoll preżenti, lill-għażiż Francis Zammit Dimech.”