Il-Partit Nazzjonalista baqa’ jgħid li jirrispetta l-obbligi tiegħu fl-istess waqt li sal-lum il-ġurnata baqa’ ma ħallasx l-obbligi tiegħu lill-Awtorità tax-Xandir.
Tant li l-istess Partit ttella’ l-Qorti b’rabta ma’ dan in-nuqqas fejn saħansitra fir-riskors imressaq, il-Partit Nazzjonalista qiegħed jintalab iħallas tmienja u sittin elf ewro b’mod immedjat.
Iżda għad-Deputati tal-istess Partit li sikwit jitkellmu fuq il-korrettezza u l-etika, konvenjentament ma japplikawx l-istess riga għalihom.
Mhux talli hekk, talli meta jiġu mistoqsija fuq dan in-nuqqas jigdbu fuq l-ovvju.
Il-Partit Nazzjonalista dejjem jirrispetta l-obbligi li jkollu.
Graham Bencini – Deputat tal-PN
L-istess għamel id-Deputat Karol Aquilina.
“Il-PN iħallas dejjem dak li huwa dovut, aħna nsegwu l-liġi b’mod serju u mhux se naħarbu mill-obbliġi tagħna.”
Karol Aquilina – Deputat tal-PN
Ta’ min jinnota wkoll is-silenzju ta’ Robert Aquilina tar-Repubblika, ħu Karol Aquilina. L-istess Repubblika li titkellem fuq is-saltna tad-dritt, iżda dwar dan it-tip ta’ aġir qatt ma lisnet kelma.
Intant Graham Bencini quddiem il-mistoqsija ta’ ONE News dwar dan in-nuqqas mill-Partit Nazzjonalista, għoġbu jirreferina għal dak li qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.
“Dik ir-risposta, dik it-tweġiba, dik il-mistoqsija diġà weġibha l-Kap tal-Partit.”
Graham Bencini – Deputat tal-PN
L-istess Kap li gideb iswed fuq l-abjad meta qal li l-Partit Nazzjonalista ppubblika l-kontijiet tiegħu u d-donazzjonijiet li rċieva fuq is-sit tal-Kummissjoni Elettorali.
Ġurnalist: “Xi trasparenza hi? Inti tgħid ħafna fuq it-trasparenza.
Grech: “Ġew ippubblikati, ġew ippubblikati.”
Ġurnalist: “Tal-2021 ukoll? Tal-2022? Mhumiex ta.”
Hawnhekk ukoll il-midja indipendenti kixfet il-gidba tal-Kap Nazzjonalista, tant li wara li gideb kien kostrett jammetti u jġib skużi bin-nies tal-Partit tiegħu stess.
“Fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin se nkunu qed nippreżentaw l-istess accounts.” WHITEFLASH “Dan ma sarx biss minħabba personnel meħtieġ.”
Bernard Grech – Kap tal-PN