Il-Partit Nazzjonalista baqa’ ma jafx jispjega dettalji ċari tal-proposta li biha se joħloq nofs biljun ewro dejn.
Wara li l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech ikkonferma li ħames mitt miljun ewro se jkunu missellfa biex skont hu joħloq setturi oħra għalkemm dak li semma ma kien xejn ġdid, fuq ix-xandir nazzjonali, il-kandidat Nazzjonalista Joe Giglio ġralu bħall-Kap.
Weħel u ma kienx jaf iwieġeb meta l-Ministru Miriam Dalli staqsietu hux nofs l-għotja li jrid jagħti Bernard Grech hiex self u jekk Gvern Nazzjonalista jagħti garanzija għad-dejn li se joħloq.
Giglio dam jipprova jiskapa l-mistoqsijiet tul il-programm, bil-ġurnalist t’esperjenza Saviour Balzan fakkru li mhux qiegħed il-Qorti u għandu jirrispetta l-ġurnalisti u jweġibhom.
Qalet, “Dr. Giglio hawnhekk mhux il-qorti. Jien ma għidtx dak il-kliem, jien anzi għidt għamlu tajjeb. Jien ma għidtx dak il-kliem, jien ma hiniex klijent u mhiniex quddiem awla tal-qorti. Jiġfieri trid tirrispetta l-ġurnalisti. Jien quddiemi kelli kandidati u deputati laburisti u nagħmel il-mistoqsijiet lil kulħadd.”
F’programm ta’ madwar siegħa, Giglio ftit li xejn tkellem dwar il-pjanijiet tal-Partit Nazzjonalista għal futur, bil-Ministru Miriam Dalli, tinnota li l-Partit Nazzjonalista baqa’ ankrat fil-passat.
Sostniet, “Int riflessjoni ta’ Bernard Grech, intom tħaddmu l-politika tal-passat.”