Il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech baqa’ bla costings fuq dak li qed jgħid li jrid jagħmel jekk ikun fil-Gvern.
Dan ħareġ fid-deher f’dibattitu politiku fuq il-Programm Topik, meta l-Kandidat Nazzjonalista Alex Borg ma kienx jaf kif se jwieġeb mistoqsija tal-preżentatur Quinton Scerri dwar jekk il-proposti tagħhom hux se jħallu pataflun dejn fuq il-pajjiż, fosthom fuq vapuri t’Għawdex.
Fid-dibattitu, il-President taż-Żgħażagħ Laburisti Georvin Bugeja kien skjett jerġa’ jsaqsi lill-Alex Borg dwar il-costings tal-proposti.
Iżda l-mistoqsija baqgħet bla tweġiba.
Mifxul fi kliemu, il-Partit Nazzjonalista baqa’ ma tax ċifri ta’ proġetti li jrid jagħmel minn flus il-poplu.
Sabiex tgħatti min-nuqqas ta’ pjan tal-Partit Nazzjonalista, il-Kandidata Nazzjonalista Eve Borg Bonello qalet li l-affarijiet għadhom proposti iżda ħbiet il-fatt li biex tmur quddiem il-poplu għall-fiduċja, trid tinfurmah x’se tagħmel bid-dettalji ċari u fattibbli.