Il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech ikkonferma li ħareġ bil-wegħdiet, mingħajr costings.
Dan hekk kif fuq l-istazzjon nazzjonali, il-kandidat Nazzjonalista Graham Bencini qal kif minkejja li l-Partit Nazzjonalista ħareġ u approva l-programm elettorali tiegħu għad m’hemmx ammont ta’ kemm se jiswew dawn il-wegħdiet.
Hawnhekk wara li ma weġibx għall-mistoqsija tal-preżentatur, il-Ministru Silvio Schembri staqsa lil Bencini dwar il-wegħda tal-Partit Nazzjonalista li jifta’ l-piż tal-finanzjament tal-pensjonijiet fuq min iħaddem.
U l-Ministru Schembri kompla jistaqsi u ma ħa l-ebda tweġiba.
Bħal Bernard Grech, Graham Bencini kkonferma li l-Partit Nazzjonalista huwa ankrat fil-passat.
Qal, “Kif għamilna bħal passat.”
Min-naħa tiegħu, il-Ministru Silvio Schembri qal kif minkejja l-isfida tal-pandemija, Malta rnexxielha tattira l-investiment.
Qal, “Il-war chest naqas, ma spiċċax. Il-war chest għadu b’saħħtu għax għadna nħabbru l-investiment. Sal-bieraħ stess għandna kif ħabbarna investiment ġdid ta’ €22 miljun waqt il-pandemija. Fabbrika ġdida tal-farmaċewtika, ħa toħloq 120 xogħol ġdid ta’ kwalità f’pajjiżna u dan mhux l-unika wieħed. F’din il-ġimgħa u nofs ħabbarna tmien investimenti ġodda multi-miljunarji ġodda f’pajjiżna li ħdimna għalihom waqt pandemija.”