L-għada ta’ avveniment nazzjonali fejn kulħadd ħassu kburi li hu Malti, il-Partit Nazzjonalista baqa’ jitkellem fuq politika ta’ aħna u huma.
Għall-Oppożizzjoni ta’ Adrian Delia, il-ftuħ uffiċjali tal-Belt Valletta bħala belt kapital tal-Kultura Ewropea, hi biss mertu tal-Partit Nazzjonalista.
B’differenza, fi stqarrija, il-Partit Laburista saħaq li jibqa’ jemmen li l-avvenimenti tal-Valletta 2018 huma mertu tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.