Il-Partit Nazzjonalista kompla jgħid li l-flus li l-Gvern investa fin-nies waqt pandemija, huwa tberbiq ta’ flus.
Dan intqal mill-kandidat Nazzjonalista Justin Schembri waqt programm fuq ix-xandir nazzjonali, f’dibattitu mal-Ministru Roderick Galdes.
Quddiem il-Covid Wage Supplement u l-vouchers, il-Partit Nazzjonalista qal hekk.
Schembri tenna, “Intom f’Malta ddejnitu u ħa jbatuh it-tfal tagħna.”
Fil-programm, il-Partit Nazzjonalista kompla bir-retorika tiegħu ta’ ankrat fil-passat.
Dan hekk kif Justin Schembri qal li s-surplus li pajjiżna kellu qabel il-pandemija seħħ bis-saħħa ta’ Gvern Nazzjonalista ta’ Lawrence Gonzi.
Il-Ministru Galdes, “Il-maġġoranza tad-dejn kollu sar taħt Gvern Nazzjonalista, ma sarx taħt Gvern Laburista.”
Schembri, “Imma intom kontu tgħidu li kellkom surplus, hux vera?”
Il-Ministru Galdes, “U żgur.”
Schembri, “Is-surplus li għamel Lawrence Gonzi, nerġa’ nsemmilhek.”
Il-Ministru Galdes, “Le, li għamilna aħna surplus u baqa’ jsir is-surplus sad-data tal-pandemija, jekk ma tafx.”
Gvern Nazzjonalista taħt Lawrence Gonzi żied id-dejn ta’ pajjiżna u wassal biex il-Kummissjoni Ewropea tefgħet lill-pajjiżna fi proċedura ta’ defiċit eċċessiv.