Il-Partit Nazzjonalista bagħat lil Michael Fenech Adami għall-konferenza tal-aħbarijiet tal-Ministru Konrad Mizzi dwar il-wasla tat-tanker LNG Armada. Fenech Adami, li żgur mhux ġurnalist, kien qed jakkumpanja lil crew ta’ Net Television li mar għall-konferenza tal-aħbarijiet.
Xi ħaġa li qatt ma rajniha tiġri, li partit jibgħat uffiċjali mal-midja tiegħu f’konferenza tal-Gvern jew partit l-ieħor. Lil Michael Fenech Adami, Busuttil bagħtu Dellimara l-għada li faqqa skandlu fejn isem ħuħ jissemma bi prominenza.