L-eks Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista, John Bonello, kien mgħajjar skip fuq il-paġna uffiċjali tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista.
Biex ġralu bħal Felix Busuttil li għax tkellem f’mass meeting tal-Partit Laburista spiċċa insulentat u saħansitra vittma ta’ gidba.
Iżda, ir-reazzjoni ta’ Bonello għal dan l-attakk u oħrajn kienet waħda ċara.
Azzjoni ħażina titwieġeb b’waħda tajba. U l-azzjoni tajba tiegħu kienet dik li jwaħħal il-bandiera Maltija mal-gallarija tad-dar.