Il-Partit Nazzjonalista baqa’ jikkonferma kemm is-sospensjoni ta’ David Thake hija finta, li qal li se jibqa’ sospiż għalissa imma se jibqa’ Deputat u kandidat Nazzjonalista.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-partit ta’ Bernard Grech wera kif qed jibqa’ jiddefendi lil Thake, li ma ħallasx il-VAT dovuta lill-Istat fuq medda twila ta’ żmien.
Saħansitra permezz tal-kandidata tiegħu, li għażilha biex titkellem fil-konferenza tal-aħbarijiet, il-Partit Nazzjonalista qal li Thake ma setax jimxi b’mod iktar ġust minn hekk.
“Ma naħsibx li jiena bniedem jista’ jimxi b’mod fair u iktar ġust minn hekk.”
Lil Thake, Janice Chetcuti, li ta’ spiss tintgħażel biex titkellem għall-partit ta’ Bernard Grech, iddefendietu biex ikun kandidat għall-elezzjoni ġenerali li jmiss u fit-tweġiba tagħha reġgħet tagħtu palata.
“Naħseb jiena David Thake qalilna hu stess, uriena hu stess bl-attitudni li ħa kif kandidat, kif Membru Parlamentari għandu jġib ruħu fis-sitwazzjoni li jinsab fiha hu.”