Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech aktar kmieni llum tkellem fil-każin tal-Partit Nazzjonalista f’San Pawl il-Baħar u għal darb’oħra, din reġgħet kienet laqgħa politika ddominata minn tgħajjir u messaġġi li l-Gvern qed jagħmel kollox ħażin.
Filwaqt li qabbel lill-Gvern ma’ annimal, Bernard Grech reġa’ qal li l-Partit Nazzjonalista se jagħmel protesta waqt li nhar il-Ħamis l-Parlament ikun qed jiddibatti mozzjoni dwar id-deċiżjoni tal-Qorti fuq il-konċessjoni tal-isptarijiet.
Protesta simili saret meta l-Gvern talab hu li fil-Parlament jiddiskuti dan is-suġġett u l-partitarji Nazzjonalisti kienu mħeġġa mill-organizzaturi tal-protesta biex jgħajjru lid-deputati tal-Gvern sal-punt li l-istess partitarji taw is-salt il-barrikati tal-pulizija u kellhom jiġu kkalmat mill-istess forzi tal-ordni.