Il-Partit Nazzjonalista qal li nħatret inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Victor Axiaq wara li lbieraħ tard filgħaxija qal li ġew attakkati s-sistemi teknoloġiċi tal-partit.
Il-Partit Nazzjonalista kien qal li informa l-Kummissarju tad-Data u anki lill-pulizija biex isiru l-investigazzjonijiet.
Rapporti fil-midja qalu li allegat hackers heddew lill-partit u taw ċertu żmien qabel jibdew joħorġu dawk imsejħa bħala dokumenti ta’ valur.