F’dibattitu politiku fil-programm Insights kompla joħroġ fid-deher kif il-wegħdiet li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech huma bla pjan.
Din id-darba kien il-Kandidat Nazzjonalista Alex Perici Calascione li meta mistoqsi mill-ġurnalist u preżentatur tal-programm Glen Falzon dwar jekk il-Partit Nazzjonalista identifikax żoni ta’ fejn irid jagħmel ODZ, huwa ikkonferma li ma għandux.
Il-mistoqsija baqgħet bla tweġiba u għalhekk il-preżentatur bl-aktar mod ċar reġa’ staqsa lill-Kandidat Nazzjonalista dwar liema huma ż-żoni li qed isemmi Bernard Grech.
Iżda din id-darba wkoll, Perici Calascione evidentament weħel.
Il-Partit Nazzjonalista għadu bla pjan ukoll dwar il-costings tal-wegħdiet tiegħu, u dan reġa’ kkonfermah Alex Perici Calscione il-Ġimgħa filgħaxija.
Fid-dibattitu, il-kandidat Laburista Chris Bonett wera biċ-ċar id-differenza bejn iż-żewġ partiti, fejn fuq naħa għandek il-Partit Nazzjonalista diviżiv u ankrat fil-passat u min-naħa oħra hemm il-Partit Laburista li huwa kredibbi u bi pjan ċar għal Malta u Għawdex.