Il-Partit Nazzjonalista kompla jgħid li huwa ma ppolitiċizzax il-Covid-19, anki jekk il-Kap Bernard Grech ilu għaddej b’kummenti politiċi dwar l-imxija.
F’taħdita dwar jum il-mara u fil-preżenza tal-Kap Nazzjonalista, Maria Deguara tenniet li l-Partit Nazzjonalista ma ppruvax jieħu vantaġġ politiku mill-pandemija u l-Oppożizzjoni tat sehemha billi waqqfet kumitat tal-Covid.
Qalet, “L-Oppożizzjoni wkoll uriet responsabilità u maturità, meta ma ppruvatx tieħu vantaġġ politiku mis-sitwazzjoni tal-Covid, offriet li tkompli tagħti sehemha billi waqqfet il-Covid Action Team.”
Ma’ dik li kienet qalet li l-vaċċin mhuwiex is-soluzzjoni kompla Bernard Grech, anki jekk ftit tal-ġimgħat ilu mar fuq quddiem it-taraġ ta’ Kastilja jagħmel dik imsejħa bħala stunt politiku, fejn ppolitiċizza l-imwiet ta’ nies li tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Coronavirus.
Sas-Sibt ukoll fuq l-istazzjon tar-radju Nazzjonalista, Bernard Grech qal li l-miżuri għat-trażżin tal-imxija qed jittieħdu ta’ malajr.
Dan qalu meta sa jumejn qabel, Grech qal li huwa favur il-miżuri mħabbra mill-Gvern u l-awtoritajiet tas-saħħa mmexxija mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.