Waqt l-attività politika tal-Partit Nazzjonalista tal-Ħadd, il-kandidata Paula Mifsud Bonnici qalet kif kien Gvern Nazzjonalista li dejjem żied il-pensjonijiet, anki fil-fatt friża l-istess pensjonijiet meta għamel ħamsa u għoxrin sena fil-Gvern.
Qalet, “Kien il-Gvern Nazzjonalista illi dejjem ra ż-żidiet fil-pensjonijiet.”
Mifsud Bonnici, li kienet President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista fi żmien Simon Busuttil maqdret il-Budget għas-sena d-dieħla, bl-istess diskors ta’ Bernard Grech.
Qalet, “Kien Budget għal-lum biss”
Jumejn wara rating ta’ A+ għall-ekonomija Maltija mill-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu, Scope Ratings, Mifsud Bonnici qalet hekk.
Qalet, “B’ekonomija għarkuptejha.”
Intant in-negattività fil-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista komplih id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus, li għamel mal-kwarta jgħid kontra pajjiżna.