Il-Partit Nazzjonalista kompla jiddikjara ruħu li l-inizjattiva Stabbiltà jneħħiha.
Permezz tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Castillo, il-partit ta’ Bernard Grech qal li hu jneħħi din l-inizjattiva li ġabet roħs u stabbiltà fil-prezz ta’ 450 prodott tal-ikel essenzjali.
L-inizjattiva ta’ Stabbiltà li saret bi ftehim bejn il-Gvern mal-importaturi tal-ikel u s-sidien tal-ħwienet fissret ukoll li r-rata ta’ inflazzjoni, partikularment f’dak li għandu x’jaqsam mal-ikel, bdiet nieżla.
Fil-fatt għax-xahar li għadda, ir-rata ta’ inflazzjoni marbuta mal-ikel kienet diġà 2% inqas minn dik irreġistrata f’Jannar.
Iżda Castillo baqa’ jgħid li hu kontra.
L-istess għamel qablu s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino, inċidentalment fuq l-istess programm, ġimgħa qabel.
U d-dikjarazzjonijiet kontra stabbiltà favur in-nies u l-konsumatur kien bdihom il-Kap Bernard Grech, li qabbel dan kollu ma’ tfarfir taż-żebgħa.
Qal, “Qed jipprova jikkumbatti l-problema tal-umdità ġod-dar. Ineħħi t-tfarfir taż-żebgħa u jerġa’ jiżbogħ fuqu. Hekk qed jagħmel il-Gvern.”