Intant, fi stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista llejla wara li tlaqqa’ l-Kunsill Amministrattiv biex jiddiskuti b’urġenza allegazzjonijiet li għamel fuq il-midja soċjali l-ex deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, intqal li Azzopardi ngħata erbgħa u għoxrin siegħa żmien biex iressaq u jissostanzja quddiem il-Kumissjoni Etika, Dixxiplina u Media Soċjali tal-Partit l-allegazzjonijiet li għamel.
Kien il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, li ressaq mozzjoni f’dan is-sens u din ġiet appoġġjata b’mod unanimu mill-membri tal-Kunsill Amministrattiv.
Is-Sibt, fuq il-midja soċjali, Jason Azzopardi allega li l-Partit Nazzjonalista taħt it-tmexxija ta’ Bernard Grech seta’ ħa xi flus biex tkun tista’ tingħata proklama.